APPELL rokna ta' promozzjoni artistika minn ghajn lajka. 
*F'Malta, l-Arti, fid-diversi ucuh taghha qed tigi moghtija kaz, specjalment minn zghazagh li fortunatament, gew murija is-sbuhija mmensa li taghmel parti mill-bniedem. Dan l-appell jikkoncerna aspett li ma tantx ghadu gie uzat f' Malta bhala mod ta' espressjoni differenti : ic-CINEMA. L-isforzi solitarji ta' xi studenti u ftit nies ohra forsi mhux bizzejjed. Nahdmu flimkien... 

*Il-lingwa Maltija, qed jghidu li qed tmut, u ntihom ragun. Ghandna evidenza taghha sa mis-seklu hmistax, izda dejjem baqghet, sa certu punt, il-lingwa tal-kcina. Barra mill-izvantagg li l-Malti ma jiftehimx mill-barranin, ghandna kumpless inferjuri lejhom. Il-Malti hu wild il-barranin kollha u ghalhekk hu sinjur hafna. Dan ghaliex neologizmi godda facilment jintuzaw bil-Malti. Jien naqbel li l-lingwa taghna ghandha taccetta kliem godda barranin kif ukoll insawwru kliem godda ahna minn din il-linwa sinjura. Naghtu kaz fomm il-poplu... 

*Kemm hi apprezzata l-forma poetika f'Malta? Nixhet parti mill-htija fuq l-edukazzjoni taghna li tefghet harsa tedjanti fuq din il-forma ta' arti li kultant vera mhix popolari fil-kliem li jintuza izda hi universali fil-messagg taghha. Hemm bzonn ta' interpreti...

*Nixtieq nissuggerixxi l-idea li ssir ghaqda bejn is-sites kollha li jezistu bil-Malti. Nistghu b'hekk noholqu xi haga aktar konkreta flimkien favur l-ilsien taghna. Min jaqbel jibaghtli email.

*Kulhadd jghaddi minn perijodu ta' formazzjoni, li ghalkemm meta kkomparat ma' l-arti stabbilita jidher medjokri, dan ikun qed ihejji l-palk ghall-futur. Hemm bzonn li kull pajjiz u kull individwu, jinkuraggixxi u jissapportja inizjattivi artistici minn zghazagh li jridu jitkellmu bil-lingwa taghhom imcappsa bil-halib.

*F'Malta, ghad m'hawnx il-kultura artistika li tattakka l-istat jew lil elit. Ghad ghadu jrid jitwieled Dario Fo Malti. L-arti qed hemm biex suppost taghti vuci lil dawk li anqas il-parlamentari f'demokrazija ma jaghtu kaz. L-artisti f'Malta huma hafna drabi parti mil-borgezija u difficli ghalhekk li jifhmu lil haddiem. Kif jghid Gramsci u hafna xellugin ohra, hemm bzonn ta' aktar 'intellettwali' u artisti mill-klassi tal-haddiema.

*Din il-pagna tixtieq taghti gieh lil dawk l-artisti u akkademici (bhal Guze Aquilina fost ohrajn) li hallewna din is-sena. Grazzi tal-kontibut taghkom lejn il-kultura Maltija. Itolbu ghalina u l-kultura li qed nipproducu...

*Gieh lil Josef Kalleja li miet dan ix-xahar (Ottubru 98). Tajjeb li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hareg stqarrija ta' apprezzament lejn dan l-artist Malti li wara kollox fakkarna li l-Maltin huma bnedmin.

*Insellmu lill-poeta Malti Gorg Pisani li miet fi Frar li ghadda. Kull poeta jhalli testment ta' kliem. Dan jbeghdan l-boghod mill-akkademiku u jqarribna lejn l-essenza ta' hajjitna.

*F'ittra lill-Mument, Carmel Scicluna kien sincier meta stqarr li l-kitbiet tieghu jirrispondu ghax-xewqat tas-suq hekk kif inhu mmanipulat mill-partit tieghu. George Orwell fost ohrajn kien jikkritika bl-ahrax lejn dak l-artista li ghandu dmir iwassal messagg politiku li forsi mhux tieghu - messagg li hafna drabi jqarreb izjed lejn l-establishment milli lejn Cikka. Kemm ghandhom ihassbuna l-hsibijiet ta' Scicluna?

*Il-kurrikulu l-gdid fih hafna riformi edukattivi radikali. Naqbel ma hafna minnhom ghax fil-fatt huma mmirati biex jiffavurixxu l-klassijiet oppressati. L-oppozizzjoni gejja biss mill-aljenazzjoni tal-klassi borgiza. Izda ghandi hafna mistoqsijiet. L-akbar wahda, jekk l-Ingliz jigi moghti aktar importanza, biz-zmien dan kif ser jolqot il-Lingwa Maltija? Nispera li dan mhux xi bidu ta' xi Language Question ohra fi zmien post-kolonjali...

Progett ghal-Sites bil-Malti

Qed isir sforz biex ikun hemm ghaqda bejn is-sites miktubin bil-Malti li jezistu. Ghal dan il-ghan, din il-pagna bdiet progett biex is-site kollha tuza' fonts bil-Malti. L-esperiment ghal-issa japplika ghall-artiklu 'Espressjoni artistika'. Min m'ghandux il-font 'Tornado' ghandu jiddawnlodjah minn hawn. Wara li jigi nstallat, wiehed irid jirranga l-font tal-browser mill-General Preferences. Grazzi.

Min irid jikkollabora jew jikkritika dan il-progett ibaghtu email lili.


 



 
 
 
 
 

Ahbarijiet Letterarji 
ta' Bernard Cauchi u Sergio Grech
Kotba Godda

IIt-Trumbettier - poeziji ta' Adrian Grima

Stejjer ta' mahbubin midruba - proza ta' Immanuel Mifsud

Il-Barrani - il-klassiku ezistenzjalista ta' Albert Camus maqlub ghall-Malti minn Josette Attard.

Ghaliex ix-xewk... - poeziji ta' Lino Spiteri

Isefra - editur Adrian Grima. Letteratura Maltija u Nord Afrikana fl-okkazjoni tal-Gimgha  Afrikana. L-editur ikkummenta li l-awturi Maltin ghadhom ma fehmux bizzejjed xi tfiiser l-Afrika.
 

Mill-media... 

Mill-gnejna Maltija

Il-Gimgha fit-8.15pm fuq Radju Malta1

Awrora
il-Hamis fil-10.30am fuq Radju Fm Bronja

Ilsien bla Hajta - programm fuq il-MQL minn Sergio Grech
it-Tlieta fil-5.30pm u l-Gimgha fit-8.15pm fuq ir-Radju ta' l-Universita` (103.7FM)
 

Dawn l-ahbarijiet gew l-ahhar aggornati nhar il-5 t'April 1999.
Ghal aktar informazzjoni tistghu tikkonsultaw Kalendarju Kulturali

<<LURA GHALL-MANIFEST