Mill-Arkivji


L-Internet f'liem klassi socjali hu?

Iddiskutejna. L-Internet jaghti wisq il-veduta ta' min jippermetti li jkollu kompjuter u li jabbona fis-servizz. Mhux realta' dinjija. Certament lanqas f'pajjizna. 5000 abbonat, zgur mhux maggoranza. Fiz-zmien jizdiedu, bhal ma qed tizdied il-klassi borgiza. Kemm hawn percentwal ta' zghazagh haddiema, specjalment tal-fabbriki, rapprezentati bil-hsieb taghhom? Kemm hawn zghazagh bdiewa, jew ta' familja din it-tip, li ghandhom access ghal dan il-mezz ta' kommunikazzjoni? Aktar milli qed jghaqqad id-dinja, qed jghaqqad klassi - il-klassi tan-nofs, Ewropea, Amerikana, u ta' l-ewwel dinja, bi ftit eccezzjonijiet sinjifikanti 'l hemm u 'l hawn. Simbolu iehor tar-rigidita' kapitalista - mit tas-socjeta' u tar-reklami.

______________
Risposta...

Mario Xuereb ma qallibx il-pagna u nesa. Xtaq jikkummenta. Hu ma jaqbilx ma ta' fuq, ghax jahseb li fl-ahhar mill-ahhar, is-socjetajiet li baqghu lura, bhal kull individwu li baqgha lura, ghax ried.


Kultura borgiza?

Is-sesswalita' hi tabu fis-sens li ma rridux nammettu li Freud kellu ragun. Jidher li sa mill-era Vittorjana - iz-zmien tal-kulminu tar-rivoluzzjoni industrijali - din il-parti essenzjali f'hajjet il-bniedem qed tinheba. Dan il-hsieb inkuraggieh Foucault, li wkoll isuggerixxa li l-istrati baxxi tas-socjeta', il-klassijiet ta' taht li ma tantx huma mifhuma, huma inqas maskerati b'cajt borgiz u doppju sens fejn tidhol is-sesswalita'.
Veru li l-kultura dominanti ghandha xejra borgiza? Hafna jissuggerixxu li l-klassijiet baxxi ghandhom jigu edukati u forsi neqirdu dik il-kultura li tikxef aktar in-natura tal-bniedem. Id-demokrazija ma tfissirx li tirbah elezzjoni u tonfoq flus il-poplu fuq weghdi ta' taxxa gdida izda li nifhmu dawn il-klassijiet imwarrba.


Diskriminazzjoni

Ma nafx jekk hux bhala Maltin jew hux bhala bnedmin, qalb hafna minn nies li niltaqgha maghhom kuljum, tezisti hafna rabja, jew ghallinqas mibeghda passiva lejn nies ohrajn. Dan l-aktar jispikka bl-ispirtu razzist li bih nitkellmu fuq sezzjoni mill-barranin. Fuq l-Ewropej (apparti minn Nazzjonijiet li gew imdahhla fil-glieda kolonjali), nitkellmu b'certu idea ta' nferjorita. Izda fuq razzez ohrajn bhall-Gharab (li ninkludu f'din il-kategorija n-nies ta' l-Afrika ta' fuq kollha, qisha xi rokna mohbija qalb l-gholjiet tal-pajjiz li jbati mill-megalomanija), dejjem inharsu b'mod dispreggattiv. Narawhom bhala nies mahmugin, ivvizzjati u vjolenti. Apparti li ninkludu lil KULHADD, ninsew li jghixu f'kultura differenti. In-nuqqas ta' separazzjoni bejn stat u religjon izommhom milli jizviluppaw bir-rata taghna, izda wara kollox, matul l-istorja dejjem kien hemm civilta' akbar minn ohra(mhux bilfors qed nghid li l-akbar civilta' hi dik tal-Punent izda dik hi l-impressjoni li ninghataw).


Il-Mewt (Tribut lil Diana u lil Cikku l-poplu li jmut kuljum f'dinja aljenata)

Illum hawn, ghada fejn? Dawn il-hsibijiet qed jispirawni ftit hin wara l-ahbar tal-mewt ta' Principessa Diana. U bhal dejjem inhossni li ma ghamiltx bizzejjed biex napprezza lil bniedma ghal hidmietha meta kienet ghadha hajja. Il-profeta ta' Gibran jghid li l-mewt hija esperjenza ohra tal-hajja, tghix fi stat spiritwali iehor. Is-sigriet tal-mewt jinsab f'dak tal-hajja. Kull mewt tghallimna li ghandna nghixu l-hajja fil-massimu taghha izda bil-mod taghna. U mal-"Kollox Mitmum", immorru nfittxu dak li jistenniena, nwettqu l-holm li affaccajna, nsibu l-Mulej li halaqna, forsi s-sigriet tal-hajja...


Milied

Din is-sena il-Milied gie u ghadda bla ma hadd ma ta' kaz zejjed tat-tifsira tieghu. Jien nahseb li din id-degenerazzjoni tal-festa li tkun f'qalb kull tifel u tifla gejja mill-fatt li qridna it-tifsira ta' l-Avvent, l-istennija. L-Imghallem gie jfittex il-post fejn jista' ghal darba ohra jsir tarbija, imma ghal darb' ohra rega' ma sabx. F'post il-maxtura kien hemm hafna hwienet, xorb, dahq u riha ta' ramm. Qisu kien hemm nuqqas ta' ninni-mhabba li kellu bzonn. Fortunatament kellu okkazjoni jitwieled fil-qlub ta' xi tfal ckejkna li ghadhom ma ntebhux bid-dinja ta' madwarhom.


L-Amerika

L-Amerika regghet qed taghmel l-arja ma l-Iraq. Ghandha l-mezzi, izda ma tistax tippretendi li taghmel dak li trid. Bhalissa ma hemm l-ebda bilanc. L-Ingilterra ta' Blair, tinsab fuq in-naha ta' l-agressur, waqt li l-bqija kulhadd jahseb li d-diplomazija ghadha l-ahjar soluzzjoni... Niftakru l-qawwa tal-media f'Citizen Kane. L-Amerkani ghandhom il-qawwa f'idejhom, imma l-inkonxju taghhom ghadu jtambar nota Vjetnamita - tfulija mimlija dmija. Dan il-kontinent li ggieled ghal-paci f'Gerusalemm u l-Boznija, mhux kapaci jgib gustizzja minghajr ma juza l-qtil. L-istat ta' Texas hu maghruf ghal dan it-tip ta' gustizzja u ghajnejn id-dinja qedghin fuq idejn l-ezekutur ta' mara qattiela.


F'Malta l-elezzjoni, fid-dinja il-krizi (Settembru 1998)

Biex ma nghidx bhas-soltu, Malta regghet tinsab lura fil-girja taz-zmien, aljenata bhal dejjem mill-issues tal-lum. Fix-xahar ta' kampanja elettorali, il-partiti wrew ruhhom kapaci bizzejjed biex permezz ta' kliem, image u doza ta' psikologija, idawwru elettorat Malti li kien mohhu fil-vaganzi tas-sajf u dizilluz bil-politika partiggjana Maltija, specjalment minhabba l-agir ta' xi parlamentari. Regghu tfeggew il-politici-allat, li huma il-verita' nkarnata u li d-dixxipli taghhom, jghoddu man-nofs nazzjon. Pero, il-floaters jghamlu l-poplu sovran, filwaqt li jisfurzaw lil partiti biex jaffrontaw issues li huma fl-interess tal-gruppi koncernati. Waqt li hawn Malta ghadna niddiskutu ghandniex nidhlu fl-Unjoni Ewropea jew le, fid-dinja il-krizi finanzjarja Azjatika qed tolqot sahansitra lil Wall Street. Izda f'Malta tal-5 ta' Settembru, id-dinja ghandha tieqaf ghal-jum.


L-intellettwali Maltin (Settembru 1998)

Jekk qatt nistghu nghidu li jezistu 'l-intellettwali' bhala grupp distint, f'Malta dawn, fil-kliem adatt ta' l-ghaqda xellugija, Graffitti, l-intelletwali f'Malta huma bla bajd. F'dawn l-elezzjonijiet, dawn il-hassieba ikkontribwew biss sikta mhux f'waqtha. U il-poplu mhux ta' b'xejn jitkellem bil-kliem tal-politici u jahseb dak li jhalluh jahseb. Kemm hi valida demokrazija fejn kulhadd jghid iva jew le, minghajr ma jaf ghaliex, jew minghajr ma jikkontribwixxi ghal diskussjoni nazzjonali? Certament li fl-interess tad-demokrazija bhala valur, il-partiti ghandhom jitilfu l-istatus ta' Knisja-dommatika li ghandhom, favur ghal diskussjoni wiesgha u disinteressata minn naha ta' min forsi jipprova jimrah il-boghod mill-hsieb partiggan, indipendentement jekk hux 'intellettwali' jew bidwi.


L-istudenti Universitarji (Ottubru 1998)

Jew l-istituzzjoni f'tal-Qroqq qedha wahedha fuq gzira fi gzira jew ma nafx. L-universita' maqsuma bejn dawk li jitkellmu bl-Ingliz biex jinqatghu mill-bqija, dawk li jigu l-Universita' biex isibu xoghol decenti u mill-bqija ma jmissux mentalment ma din l-istituzzjoni. Dawn l-atitudnijiet funzjonalisti huma riflessi fil-messagg li johorgu mill-Universita lejn is-socjeta' - fejn il-flus bil-qabda jipprevalu fuq il-principji u valuri. L-ghaqda li joffri P.Freire bejn it-taghlim u azzjoni socjali hi non-ezistenti. Nistghu perezempju naraw dan fl-issue ta' l-istipendju li fl-ahhar elezzjoni sahansitra fissret voti. Ahna l-istudenti qed nippruvaw nieklu kemm nistghu mill-welfare state Malti, li bhal ma nafu ma tantx ghandu pedamenti sodi. Naqbel b'mod assolut li jigu mghejjuna dawk l-istudenti li huma zvantaggati minhabba l-background taghhom, imma bl-ebda mod ma naqbel ma flat rate gholja li titratta l-kulhadd l-istess meta mhux kulhadd hu. Naqbel ma stipendju fiss u mieghu mizjuda ghajnuniet lil min ghandu bzonn aktar. Sadanittant ghal-laqgha organizzata mill-KSU dwar din l-issue kien hemm attendenza fqira hafna. Aljenazzjoni, jew...?



Il-kuxjenza Politika ta' llum (April 1999)

F'Ottubru f'din l-istess pagna kont ktibt hekk: "Nixtieq nesprimi solidarjeta u empatija lil popolazzjoni Albaniza fil-Kosovo, dawk li ma nqatlux minhabba l-origni etnika taghhom minn idejn Milosevic il-qattiel. Ghadni xettiku dwar l-attakki tan-NATO, ma nafx lil min qed iservu...". Illum, minn xi gimgha u nofs ilu, n-NATO iddecidew li jattakkaw postazzjonijiet strategici Serbi - kemm jista' jkun b'mod preciz u b'xi martri 'l hemm u 'l hawn (dejjem bir-retorika utilitarja ftit imutu ghall-hafna ohrajn). Nghid ghalija difficli hafna niehu decizjoni ahharija fir-rigward ta' dawn l-attakki u f'rigward l-umanita u l-world order. L-gheruq storici li qed igieghlu dan il-kunflitt kemm minn naha tal-Kosovo kif ukoll minn naha tan-NATO huma cari. Il-kuxjenza u r-raguni tieghi ghandhom impenn politiku li ma jaqbilx ma tan-NATO. Pero mal-mistoqsija fuq alternattivi kontra Milosevic, ir-risposta ma nsibiex malajr. Interessanti hu r-ragunamnet ta' hafna mill-poplu Malti. Jappoggja l-attakki tan-NATO, anke kontra l-appell ghal-paci tal-Papa. Din ir-retorika tal-punent hi perikoluza hafna specjalment f'rigward ta' world order li dejjem qed jiddependi minn fuq il-qaddisa Amerikana. Nibki ghan-nies kollha li qed ibatu u nahseb ghaliex mhux qieghed hemm...

Zur il-pagna MESSAGGI MILL-GWERRA (emails mill-Jugoslavja)



Films - l-arti tal-poplu (April 1999)

Dan l-ahhar kellna xita ta' films ta' livell gholi hafna. Livell gholi jitqies b'riga artistika u umana aktar milli bid-dollari. Fost dawn ix-xoghlijiet, nixtieq insemmi tlieta: Elizabeth, Shakespeare in Love u La Vita e Bella ta' Benigni. Lil dan ta' l-ahhar qabbluh ma Chaplin, kif ukoll tidher fih l-influwenza Fellinjana. Il-poezija ssir popolari meta tkun film semplici, b'forma ta' hrafa imma vicin hafna tan-nies. Tghid il-poezija li tinkiteb illum mhux popolari ghax timmira fl-gholi wisq? Is-sentimenti kollha huma poetici, ghax ukoll universali. Ic-cinema, il-boghod mill-box offoce hits, qed jghin biex jaghmel dan ukoll. Minn Citizen Cain ghal Amarcord ghal Titanic ghal La Vita e bella, hemm hajta li tghaqqad. Kultant titqaccat bil-gwerrer. Kultant tidher aktar fil-gwerrer.


 






Jekk laqatkom xi hsieb, jew dejjaqkom kollox, impustawli messagg.
 
 



 






<< LURA GHALL-MANIFEST