Tmur iddur qalb l-irhula li qeghdin fil-periklu ta' estinzjoni hawn
Malta u tara fihom passat-prezent interssantissimu. Ma rridx li dawn in-nies
jigu studjati bhal esperiment go laboratorju f'ambjent uman.
________________
"Bonswa Guz, mix-xoghol jew?"
"Ejja mmorru sal-kazin nixorbu birra, issa dalwaqt il-festa taghna
u hemmhekk inkunu fil-qalba tal-briju..."
Fil-kazin, ic-corma rgiel jitkellmu fuq il-festa, fuq il-partit, fuq xi
nisa b'reputazzjoni ta' qhab fir-rahal maghluq. Xi tilwima tqum u xi kultant
shuna wkoll ghax il-partit taghhom ghandu ragun - minn dejjem hekk hasbu.
Izda fl-ahhar dejjem ghamlu paci. Ghalihom ir-religjon toqghod fil-Knisja
u barra minn hemm johdua bic-cajt. Jidghu, mhux ghax huma nies hziena izda
ghax hekk jitkellmu u jesprimu ruhhom ahjar - bl-aktar mod spontanju. Lil
Kristu-statwa li hemm fil-kazin, wiehed sfidah ghal-loghba billiard, iehor
ghal-glieda. Is-sakra imdorrijin ikunu fiha. Is-santi tal-qaddisin imissu
ma' posters ta' nisa b'sidirhom barra. Kien hemm wiehed b'laqam antik (ta'
familja maghrufa fir-rahal, kemm ghat-tajjeb u kemm ghal-hazin) qal li
la Alla jinsab kullimkien u l-melh ukoll, Alla hu l-bahar. Din hi l-logika
tal-filosfu tar-rahal li mohhu qed jirgha l-boghod mis-swar virtwali ta'
dak il-post.
In-nisa dinja differenti. Fil-knisja joqghodu segregati - l-irgiel fuq
il-lemin u n-nisa fuq ix-xellug. In-nies tar-rahal ma jafux hafna fuq id-drittijiet
godda tan-nisa u ta' l-annimali, ghalkemm dak it-television fir-rokna tal-kazin
iservi bhala tieqa fuq id-dinja. Wara diversi tazzi birra, wahda bis-sahha
ta' wiehed u l-ohra bis-sahta ta' l-iehor, ic-corma tinfirex ghax il-lejl
dahal gmielu.
"Bonswa Guz, il-lejl it-tajjeb!"
"Ara tmurx tissaffa l-lejla Guz, tinsiex li martek qed timlieh!"
Kif il-karozza tal-linja telqet it-triq barra mir-rahal, hrigt il-film
mil-kamera u xtaqt li din id-dinja-rahal ma tispiccax.
Bernard Cauchi
Jekk naqsmu l-istess ideat jew hsibijiet ibaghtuli email.